MFSA Warning - PGB Limited - Clone
OCTOBER 20, 2021

The Malta Financial Services Authority (“MFSA” or “the Authority”) has become aware of an entity operating under the name of PGB Limited which had an internet presence at https://pgblimlted.com/ however, the website is currently offline. This website is using the details of a Maltese Registered Company, PGB Limited (C 76509), which does not offer financial services. Fraudsters are using the details of this genuine company in an attempt to deceive the public.

The MFSA wishes to alert the public, in Malta and abroad, that https://pgblimlted.com/ is NOT a Maltese registered Company NOR licensed or otherwise authorised by the MFSA to provide any financial services which are required to be licensed or otherwise authorised under Maltese law. Additionally, the Authority confirms that https://pgblimlted.com/  has NO association with the Maltese registered company PGB Limited (C 76509).

The website https://pgblimlted.com/ therefore appears to be a clone of the legitimate entity and the public should therefore refrain from undertaking any business or transaction with the false entity.

Maltese Registered Entity Clone
PGB Limited  PGB Limited 
N/A https://pgblimlted.com/
C 76509 N/A
5/1 Merchant Street, Valletta VLT1171,
Malta
5/1 Merchant Street, Valletta VLT1171,
Malta
Maltese registered company.
Not licensed to provide financial services.
Not registered in Malta.
Not licensed to provide financial services.

Furthermore, information available to the MFSA suggests that https://pgblimlted.com/ is likely to be a scheme of dubious nature with a high risk of loss of money. The public should therefore refrain from undertaking any business or transactions with the above-mentioned entity.

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. Investors are advised to be extra cautious when being approached with offers of financial services via unconventional channels such as telephone calls or social media.

A list of entities licensed by the MFSA can be viewed on the official website of the MFSA at https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

For more information on clone companies please refer to the Scam Detection Guidelines issued by the MFSA at https://www.mfsa.mt/consumers/scams-warnings/typical-scams/. If you are a victim of a scam or think you might be dealing with an unauthorised entity or any other type of financial scam, first of all stop all transactions with the company and contact the MFSA at https://www.mfsa.mt/about-us/contact/  as soon as a suspicion arises.

Verżjoni bil-Malti

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA” jew “l-Awtorità”) ġiet infurmata b’entità li qed topera bl-isem PGB Limited li għandha preżenza fuq l-internet fis-sit at https://pgblimlted.com/ madankollu l-websajt bħalissa hija offline. Dan is-sit elettroniku qed jagħmel użu mid-dettalji ta’ kumpanija reġistrata Malta, PGB Limited (C 76509), li hija kumpanija li ma toffrix servizzi finanzjarji. Id-dettalji ta’ din il-kumpanija ġenwina qed jintużaw minn frodisti sabiex iqarrqu bil-pubbliku.

L-Awtorità tixtieq tinforma lill-pubbliku, li https://pgblimlted.com/ MHIX kumpanija rreġistrata Malta u LANQAS M’HI liċenzjata jew b’xi mod ieħor awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi finanzjarji li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija. Barra minn hekk, https://pgblimlted.com/ m'għandha L-EBDA RABTA ma’ PGB Limited (C 76509).

Is-sit elettroniku https://pgblimlted.com/ jidher li hu clone tal-entità leġittima u għalhekk il-pubbliku m’għandux jidħol f’negozju jew tranżazzjonijiet ma’ din l-entità qarrieqa.

Maltese Registered Entity Clone
PGB Limited  PGB Limited 
N/A https://pgblimlted.com/
C 76509 N/A
5/1 Merchant Street, Valletta VLT1171,
Malta
5/1 Merchant Street, Valletta VLT1171,
Malta
Kumpanija reġistrata Malta.
Mhux liċenzjata biex tipprovdi servizzi finanzjarji.
Mhux reġistrata Malta.
Mhux liċenzjata biex tipprovdi servizzi finanzjarji.

Barra minn dan, informazzjoni disponibbli għall-MFSA tissuġġerixxi li https://pgblimlted.com/ x'aktarx hi skema ta' natura dubjuża b'riskju għoli ta' telf ta' flus. Il-pubbliku għandu għalhekk joqgħod lura milli jwettaq kwalunkwe negozju jew transazzjoni mal-entità msemmija hawn fuq.

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba. Investituri għandhom joqogħdu estremament attenti meta jsirulhom offerti ta’ servizzi finanzjarji b’metodi mhux konvenzjonali bħal telefonati jew permezz tal-midja soċjali.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Għal aktar informazzjoni dwar kumpaniji clone, jekk jogħġbok irreferi għal-iScam Detection Guidelines maħruġa mill-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/consumers/scams-warnings/typical-scams/. Jekk inti vittma ta’ xi qerq (scam) jew taħseb li tista’ tkun qed titratta ma’ entita’ li mhix awtorizzata jew xi tip ta’ ingann finanzjarju ieħor, waqqaf kull tranżazzjoni ma’ din l-entita’ u kkuntatja minnufih lill-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/about-us/contact/.