MFSA Warning - Legit Crypto Option or Citizen Crypto Mining FX – Unlicensed Entity
JULY 15, 2021

The Malta Financial Services Authority (“MFSA” or “the Authority”) has become aware of an entity operating under the name of Legit Crypto Option or Citizen Crypto Mining FX (“the Entity”) which has an internet presence at https://007cryptooption.com/index.html. From information available to the MFSA, the Entity claims to be “authorized and regulated by MFSA as a MiFID firm and holds a Category 3 Investment Services Licence”.

The MFSA wishes to alert the public that the Entity is NOT a Maltese registered Company NOR licensed or otherwise authorised by the MFSA to provide any investment services or other financial services which are required to be licensed or otherwise authorised under Maltese law. Furthermore, information available to the MFSA suggests that the Entity is likely to be a scheme of dubious nature with a high risk of loss of money. The public should therefore refrain from entering into any transactions or otherwise dealing with the above-mentioned company or individual on any matters falling within the parameters of the Investment Services Act, Chapter 370 of the Laws of Malta.

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. Investors should also be extra cautious when being approached with offers of financial services via unconventional channels such as telephone calls or social media.

A list of entities licensed by the MFSA can be viewed on the official website of the MFSA at https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

 If you are a victim of a scam or think you might be dealing with an unauthorised entity or any other type of financial scam, first of all stop all transactions with the company and contact the MFSA at https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ as soon as a suspicion arises.

Verżjoni bil-Malti

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA”) ġiet infurmata b’entità li qed topera bl-isem ta’ Legit Crypto Option jew Citizen Crypto Mining FX (“l-Entità”) u li għandha preżenza fuq l-internet fis-sit https://007cryptooption.com/index.html. Minn informazzjoni disponibbli għall-MFSA, l-Entità ssostni li hija rregolata u awtorizzata bhala “MiFID firm and holds a Category 3 Investment Services Licence”.

L-MFSA tixtieq tavża lill-pubbliku f’Malta u barra minn Malta, li l-Entità MHIX kumpanija rreġistrata hawn Malta u LANQAS M’HI liċenzjata jew b’xi mod ieħor awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi kwalunkwe servizzi ta' investiment jew servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija. Barra minn hekk, informazzjoni disponibbli għall-MFSA, tindika li Legit Crypto Option jew Citizen Crypto Mining FX hi x'aktarx skema ta' natura dubjuża b'riskju kbir ta' telf ta' flus. Għaldaqstant l-MFSA tixtieq twissi lill-pubbliku kontra li tidħol  fi kwalunke transazzjoni jew titratta b’mod ieħor mal-kumpanija msemmija hawn fuq dwar kwalunkwe materjal li jaqa' taħt il-parametri tal-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment, Kapitolu 370 tal-Liġijiet ta' Malta.

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu aċċertaw i li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba. Investituri għandhom ukoll joqgħodu estremament attenti meta jsirulhom offerti ta’ servizzi finanzjarji b’metodi mhux konvenzjonali bħal telefonati jew permezz tal-midja soċjali.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Jekk int vittma ta' qerq (scam) jew taħseb li tista' tkun qed titratta ma’ entità li mhix awtorizzata, jew xi tip ta’ ingann finanzjarju ieħor, waqqaf kull transazzjoni ma’ din l-entità u kkuntattja minnufih lill-MFSA fuq  https://www.mfsa.mt/about-us/contact/.