MFSA Warning - KREDIT GROUP FINANCE - Scam Emails
JANUARY 09, 2020

The Malta Financial Services Authority (“MFSA”) has become aware of an entity operating under the name of KREDIT GROUP FINANCE. The entity is promoting the provision of loan services via advertisements on various internet webpages. The entity is also contacting prospective clients via mass emails in which they state “Għandek bżonn self biex tikklerja d-djun tiegħek, tħallas il-kontijiet tiegħek jew twaqqaf proġett … Il-kapaċità tas-self tagħna hija minn 5,000 € sa 50,000,000 € b'rata raġonevoli ta' 1.25% … Fi sħubija ma' sħab bankarji madwar l-Unjoni Ewropea, l-offerti ta' kreditu tagħna huma pprovduti permezz ta' trasferiment bankarju għas-sigurtà tat-tranżazzjoni lil kwalunkwe persuna“.

While the contents of the email may vary, recipients are provided with the following contact details: email address [email protected] and Whatsapp number +33 755931315 for further business enquiries.

The MFSA wishes to alert the public, in Malta and abroad, that KREDIT GROUP FINANCE is NOT a Maltese registered Company NOR licensed or otherwise authorised by the MFSA to provide any banking services or other financial services which are required to be licensed or otherwise authorised under Maltese law. Furthermore, information available to the MFSA suggests that KREDIT GROUP FINANCE is likely to be a scheme of dubious nature with a high risk of loss of money. The public should therefore refrain from undertaking any business or transactions with the above-mentioned entity.

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. Investors should also be extra cautious when being approached with offers of financial services via unconventional channels such as telephone calls or social media.

A list of entities licensed by the MFSA can be viewed on the official website of the MFSA at http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.

If you are a victim of a scam or think you might be dealing with an unauthorised entity or any other type of financial scam, first of all stop all transactions with the company and contact the MFSA at https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ as soon as a suspicion arises.

Verżjoni bil-Malti

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) tixtieq tavża lill-pubbliku dwar entità bl-isem KREDIT GROUP FINANCE. L-entità qed tippromwovi l-għoti ta’ servizzi ta’ self permezz ta’ riklami fuq diversi siti elettroniċi. Din l-entità qed tikkuntattja ukoll klijenti prospettivi permezz ta’ emails mibgħuta lil ħafna nies f’daqqa li fihom tgħid hekk: “Għandek bżonn self biex tikklerja d-djun tiegħek, tħallas il-kontijiet tiegħek jew twaqqaf proġett … Il-kapaċità tas-self tagħna hija minn 5,000 € sa 50,000,000 € b'rata raġonevoli ta' 1.25% … Fi sħubija ma' sħab bankarji madwar l-Unjoni Ewropea, l-offerti ta' kreditu tagħna huma pprovduti permezz ta' trasferiment bankarju għas-sigurtà tat-tranżazzjoni lil kwalunkwe persuna“.

Filwaqt li l-kontenut tal-email jista’ jvarja, qed jingħataw dawn id-dettalji ghal min ikun jixtieq aktar informazzjoni fuq is-servizzi offruti : indirizz tal-email [email protected] u numru tal-Whatsapp +33 755931315.

L-MFSA tixtieq tinforma lill-pubbliku, f’Malta u barra, li KREDIT GROUP FINANCE MHIX kumpanija reġistrata Malta U M’HIX awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi xi servizzi finanzjarji, inklużi servizzi bankarji, f’Malta jew minn Malta. Aktar minn hekk, informazzjoni disponibbli għand l-MFSA tissuġġerixxi li KREDIT GROUP FINANCE aktarx li hi skema ta’ natura dubjuża b’riskju kbir ta’ telf ta’ flus. Għaldaqstant, il-pubbliku m’għandux jidħol f’negozju jew tranżazzjonijiet mal-entità imsemmija hawn fuq.

L-MFSA tappella lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel jaċċertaw lilhom infushom li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli. Investituri għandhom ukoll jaġixxu b’kawtela massima meta jsirulhom offerti ta’ servizzi finanzjarji b’metodi mhux konvenzjonali bħal telefonati jew permezz tal-midja soċjali.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Jekk inti vittma ta’ xi scam marbuta ma’ muniti virtwali jew kull tip ta’ scam finanzjarja oħra, jew taħseb li jista’ jkollok  x’taqsam ma’ entita’ li mihiex awtorizzata jew xi tip ta’ ingann finanzjarju, waqqaf kull tranżazzjoni ma’ din l-entita’ u ikkuntatja l-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ hekk kif ikollok xi suspett.