MFSA Warning - Jibi BANK Plc
JANUARY 01, 2020

The MFSA has become aware of the entity Jibi BANK Plc which has an internet presence at https://www.jibi-groupe.com/. The entity purports to be a Maltese registered company and that “Jibi Bank plc is approved as a banking establishment by the Maltese Financial Services Authority”. It also claims to have its registered address at Tagliaferro Business Centre, Level 6, 14 High Street, Sliema.

The Authority would like to inform the public that https://www.jibi-groupe.com/ is NOT a Maltese registered company NOR is it authorised to provide any financial services, including Banking services, in or from Malta. Although the website states that the entity holds a company number, the MFSA would like to emphasise that this company number belongs to another entity, and NOT to the entity mentioned in this notice.

The MFSA therefore alerts the public, in Malta and abroad, to refrain from undertaking any business or transactions with the above-mentioned entity.

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator.

A list of entities licensed by the MFSA is available from the MFSA and can be viewed on the official website of the MFSA at http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.

Verżjoni bil-Malti

L-MFSA tixtieq tavża lill-pubbliku dwar entità bl-isem ta’ Jibi BANK Plc, u li għandha preżenza fuq l-Internet fis-sit https://www.jibi-groupe.com/. L-entità ssostni li hija kumpanija reġistrata Malta u li Jibi Bank plc hi approvata bħala istituzzjoni bankarja mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta. Issostni wkoll li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’Tagliaferro Business Centre, Level 6, 14 High Street, Tas-Sliema.

L-MFSA tixtieq tavza lill-pubbliku li https://www.jibi-groupe.com/ MHIX kumpanija reġistrata Malta u LANQAS M’HI awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi xi servizzi finanzjarji, inklużi servizzi bankarji, f’Malta jew minn Malta. Minkejja li s-sit isostni li l-entità għandha numru tal-kumpanija, l-MFSA tenfasizza li dan in-numru tal-kumpanija jappartjeni lil entità oħra u MHUX lill-entità msemmija f’dan l-avviż.

Għaldaqstant, l-MFSA twissi lill-pubbliku, f’Malta u barra, biex ma jidħlux f’negozju jew tranżazzjonijiet mal-entità msemmija hawn fuq.

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jagħmlu kwanlunkwe investiment jew jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji jaċċertaw lilhom infushom li l-entità, li magħha qed issir it-transazzjoni, hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill- Awtorità hija disponibbli mingħand l-MFSA u tista’ tiġi aċċessata minn fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.mt/pages/licenceholders.aspx.